Lyrics

Dawl, fil-kamra ġej mill-musbieħ, id-dinja taħrab għal għonq it-triq, U x-xemx torqod fejn ma jidhirx, fuq xtajta oħra, biex tikxef l-art mis-silġ. X'ħin terġa' lura fejn is-smewwiet, nara pittura li kienet inħbiet, U int kont fejni naraw flimkien, minn wara t-tieqa rajna dinja mill-bidu bdiet. Fix-xemx, fix-xita, fil-bard u n-nida Fix-xemx, fix-xita fil-bard u n-nida Fjura tikber minn bejn l-irmied, il-qamar waqa' u sar biċċiet. Fejn tħoss il-qalb dejjem hemm l-uġieh, li tara l-għajn huwa biss it-tmiem. Fix-xemx, fix-xita, fil-bard u n-nida Fix-xemx, fix-xita fil-bard u n-nida
Lyrics powered by www.musixmatch.com
instagramSharePathic_arrow_out