Credits
PERFORMING ARTISTS
Mark Micallef Costa
Performer
COMPOSITION & LYRICS
Mark Micallef Costa
Songwriter
Stefan Grech
Composer
Roderick Borg
Composer
Gabrijel Mansueto
Composer
Lyrics
Mhux dejjem kien żmien sabiħ
Kont jien li kont intir mar-riħ
Kont bla direzzjoni, mingħajr destinazzjoni
Int mexxejtni lejn l-isbaħ triq
Tajtni dak kollu illi nixtieq
F'ġurnata twila mingħajr irqad, niddedikalek dan il-kant
F'dawn il-ġranet sbieħ, ejja ersaq lejja
Inħallik ittir mar-riħ, imbgħad erġ'ejja ħdejja
U ħallik minn kull inkwiet, dak ħallih f'idejja
Nieħu ħsieblek kull intopp
Niżragħlek siġra li tagħtik il-frott
Ħalli tkun tista' ssir, dak illi dejjem ħlomt
Int urejtni fejn nista' mmur
Jekk inti fraġli, jien inkun is-sur
Mela ħares dritt f'għajnejja, u għolli idejk 'il fuq
F'dawn il-ġranet sbieħ, ejja ersaq lejja
Inħallik ittir mar-riħ, imbgħad erġ'ejja ħdejja
U ħallik minn kull inkwiet, dak ħallih f'idejja
F'dawn il-ġranet sbieħ, ejja ersaq lejja
Inħallik ittir mar-riħ, imbgħad erġ'ejja ħdejja
U ħallik minn kull inkwiet, dak ħallih f'idejja
Għandek tkun taf li l-ħajja kollha għat-telgħa
U sakemm tasal tilħaq tegħja, imma tibżax
Dawn il-ġranet sbieħ, Dawn il-ġranet sbieħ, Dawn il-ġranet sbieħ
F'dawn il-ġranet sbieħ, ejja ersaq lejja
Inħallik ittir mar-riħ, imbgħad erġ'ejja ħdejja
U ħallik minn kull inkwiet, dak ħallih f'idejja
F'dawn il-ġranet sbieħ, ejja ersaq lejja
F'dawn il-ġranet sbieħ, F'dawn il-ġranet sbieħ
Writer(s): Mark Micallef Costa
Lyrics powered by www.musixmatch.com