Music Video

Mużika Mużika 2022 - TKUN 'L HAWN GĦADDI - Kantera
Watch {trackName} music video by {artistName}

Featured In

Credits

PERFORMING ARTISTS
Kantera
Kantera
Performer
COMPOSITION & LYRICS
Elton Zarb
Elton Zarb
Composer
Joe Julian Farrugia
Joe Julian Farrugia
Songwriter
PRODUCTION & ENGINEERING
Elton Zarb
Elton Zarb
Producer

Lyrics

Innutajt kemm jiġri ż-żmien? Xogħol war'ieħor bla waqfien Qatt ma nsibu ftit tal-ħin għalina stess Bla paċenzja għal xulxin Ġirja waħda kontra l-ħin Gass mal-pjanċa, ta' kuljum jiżdied l-istress F'dir-rutina kemm se ndumu Uri fehmtek tinħebiex Ejja 'l hawn u agħmel bħali B'ħafna ħidma titgħabbiex Tinkedd xejn, m'hemmx għalfejn Ieqaf ftit, għal hawn m'aħniex Ħalli rasek fejn issibha Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh Darba ngħixu, tinkwetax Toqol żejjed la terfax Kull mument rigal, tkunx int li tirvinah Bix-xogħol żejjed ħotba ssir Gawdi ħajtek, tkunx ilsir Ħudha frank illum għax għada ħadd ma rah Tħalli qatt id-dinja tirkbek Itfi l-mobile, tinħeliex Jekk irid iċempel għada Tirrispondi m'hemmx għalxiex Minn din l-art m'għandna xejn Ħu ftit brejk, għal hawn m'aħniex Ħalli rasek fejn issibha Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh Ponn karawett waqt logħba karti Ċajta jew tnejn Grokk mal-kafè... ħajja ta' Rè Ħalli rasek fejn issibha Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh Ħalli rasek fejn issibha Tkun 'l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh
Writer(s): Elton Zarb, Joe Julian Farrugia Lyrics powered by www.musixmatch.com
instagramSharePathic_arrow_out