Listen to Mis-Sema 'L Isfel by Kantera

Mis-Sema 'L Isfel

Kantera

Alternative

69 Shazams

Featured In

Credits

PERFORMING ARTISTS
Kantera
Kantera
Performer
COMPOSITION & LYRICS
Kantera
Kantera
Composer
Joe Julian Farrugia
Joe Julian Farrugia
Composer

Lyrics

Darba ngħixu, ħajja waħda nfittxu is-suċċess Nagħmlu x'nagħmlu xorta nispiċċaw taħt iċ-ċipress Għal kull għadma ssib mitt kelb fil-pika ma' ħaddieħor Kilba ma xxebbagħha qatt, bl-iskuża tal-progress Xejn ma hu etern Ħlief ġenna u infern Fuq l-art lil qalbek torbotha ma' xejn Iżfen u għix il-mument Tkun l-aktar bniedem kuntent Ħajtek rigal, taħlihiex Illum hawn, għada m'aħniex X'jiswa tgħix fil-lussu bil-kavjar u bix-xampanja Mimli stress bla ċans imqar ta' dawra fil-kampanja Kemm aħjar trankwilla l-ħajja, te u żewġ pastizzi Fis-sempliċità u tieħu kollox biż-żufjett Tivvintax inkwiet Biex tfawwar il-bwiet Jekk taqa' id-dinja warrbilha min-nofs Iżfen u għix il-mument Tkun l-aktar bniedem kuntent Ħajtek rigal, taħlihiex Illum hawn, għada m'aħniex Kanta u kun pożittiv Jiemek jisbieħu, u kif! Il-mewġ iħabbat ħallih Mis-sema 'l isfel gawdih Iżfen u għix il-mument Tkun l-aktar bniedem kuntent Ħajtek rigal, taħlihiex Illum hawn, għada m'aħniex Kanta u kun pożittiv Jiemek jisbieħu, u kif! Il-mewġ iħabbat ħallih Mis-sema 'l isfel gawdih
Writer(s): Joe Julian Farrugia Lyrics powered by www.musixmatch.com
instagramSharePathic_arrow_out