Featured In

Credits

PERFORMING ARTISTS
Kantera
Kantera
Performer
Elton Zarb
Elton Zarb
Performer
Joe Julian Farrugia
Joe Julian Farrugia
Performer
COMPOSITION & LYRICS
Elton Zarb
Elton Zarb
Songwriter
Joe Julian Farrugia
Joe Julian Farrugia
Songwriter

Lyrics

Rajt għasfur bis-senter f'idu, żiemel riekeb karozzin, Fenek li qed jorganizza Xi fenkata għall-mikulin... Fejn meħlusa in-natura Jiftħu fjuri kull kulur; Armonija bejn il-ħlejjaq Minnhom ħadd ma ssib għajjur... Mhux bħall-bniedem... u kulma jmiss Juża moħħu... għalih biss... L-ewwel jien u t-tieni jiena Dejjem skont iz-zokk il-fergħa L-ixkubetta fiha l-grillu Hekk magħmula mill-għeruq. Qis mitt darba u aqta' darba Jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek U f'kull niżla qaddis jgħinek Mitqlu deheb ħabib fis-suq. Wiċċ il-baħar miksi plastik ħut bil-maskra fl-oċejan Saħnu it-temperaturi L-arja pura ġiet duħħan Fejn meħlusa in-natura Jiftħu fjuri kull kulur; Armonija bejn il-ħlejjaq Minnhom ħadd ma ssib għajjur... Mhux bħall-bniedem... u kulma jmiss Juża moħħu... għalih biss... L-ewwel jien u t-tieni jiena Dejjem skont iz-zokk il-fergħa L-ixkubetta fiha l-grillu Hekk magħmula mill-għeruq. Qis mitt darba u aqta' darba Jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek U f'kull niżla qaddis jgħinek Mitqlu deheb ħabib fis-suq. Naħsbu ħafna... naħsbu spiss Li did-dinja... tagħna biss... L-ewwel jien u t-tieni jiena Dejjem skont iz-zokk il-fergħa L-ixkubetta fiha l-grillu Hekk magħmula mill-għeruq. Qis mitt darba u aqta' darba Jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek U f'kull niżla qaddis jgħinek Mitqlu deheb ħabib fis-suq.
Writer(s): Elton Zarb, Joe Julian Farrugia Lyrics powered by www.musixmatch.com
instagramSharePathic_arrow_out