Credits
PERFORMING ARTISTS
Kantera
Performer
Elton Zarb
Performer
Joe Julian Farrugia
Performer
COMPOSITION & LYRICS
Elton Zarb
Songwriter
Joe Julian Farrugia
Songwriter
Lyrics
Rajt għasfur bis-senter f'idu,
żiemel riekeb karozzin,
Fenek li qed jorganizza
Xi fenkata għall-mikulin...
Fejn meħlusa in-natura
Jiftħu fjuri kull kulur;
Armonija bejn il-ħlejjaq
Minnhom ħadd ma ssib għajjur...
Mhux bħall-bniedem... u kulma jmiss
Juża moħħu... għalih biss...
L-ewwel jien u t-tieni jiena
Dejjem skont iz-zokk il-fergħa
L-ixkubetta fiha l-grillu
Hekk magħmula mill-għeruq.
Qis mitt darba u aqta' darba
Jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek
U f'kull niżla qaddis jgħinek
Mitqlu deheb ħabib fis-suq.
Wiċċ il-baħar miksi plastik
ħut bil-maskra fl-oċejan
Saħnu it-temperaturi
L-arja pura ġiet duħħan
Fejn meħlusa in-natura
Jiftħu fjuri kull kulur;
Armonija bejn il-ħlejjaq
Minnhom ħadd ma ssib għajjur...
Mhux bħall-bniedem... u kulma jmiss
Juża moħħu... għalih biss...
L-ewwel jien u t-tieni jiena
Dejjem skont iz-zokk il-fergħa
L-ixkubetta fiha l-grillu
Hekk magħmula mill-għeruq.
Qis mitt darba u aqta' darba
Jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek
U f'kull niżla qaddis jgħinek
Mitqlu deheb ħabib fis-suq.
Naħsbu ħafna... naħsbu spiss
Li did-dinja... tagħna biss...
L-ewwel jien u t-tieni jiena
Dejjem skont iz-zokk il-fergħa
L-ixkubetta fiha l-grillu
Hekk magħmula mill-għeruq.
Qis mitt darba u aqta' darba
Jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek
U f'kull niżla qaddis jgħinek
Mitqlu deheb ħabib fis-suq.
Writer(s): Elton Zarb, Joe Julian Farrugia
Lyrics powered by www.musixmatch.com