Lyrics

Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien Kemm igerbeb bla waqfien Il-futur isir preżent U f'daqqa jsir passat Tant jinbidlu ż-żminijiet Mal-ġenerazzjonijiet Anki l-moda fl-istaġun Sen' oħra tkun spiċċat Mur ara l-ġuvintur Terħa u surtun U t-tfajla b'xi għonnella Fuq karrettun Toroq kollha trab Dawl bil-fanal Fin-nofs jiġġerrew barra Xi ċorma tfal X'differenza llum fit-triq Lanqas taqsam kif tixtieq Bil-karozzi kullimkien Joħonqu il-madwar Moda nbidlet ta' taħt fuq Tkun pulit b'xi jeans miftuq Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit Bil-posta jaslu d-dar Ma nafx liem' nippreferih Għax kull żmien ikollu l-ikrah u s-sabiħ Mur ara l-ġuvintur Terħa u surtun U t-tfajla b'xi għonnella Fuq karrettun Moda nbidlet ta' taħt fuq Tkun pulit b'xi jeans miftuq Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit Bil-posta jaslu d-dar Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien Kemm igerbeb bla waqfien Il-futur isir prezent U f'daqqa jsir Passat F'daqqa jsir Passat, f'daqqa jsir passat
Lyrics powered by www.musixmatch.com
instagramSharePathic_arrow_out